Iktar kmieni dan ix-xahar, membri tal-Forum Ewropew tal-Kumitati Nazzjonali tal-lajċi, inġabru sabiex jirriflettu fuq id-dinjita umana, u biex jiddiskutu metodi ta’ kif iżidu l-kollaborazzjoni mal-Vatikan. Delegati minn 12-il pajjiż iltaqgħu f’Birmingham f’assemblea tal-forum li ġġib flimkien il-kumitati nazzjonali u l-kunsilli tal-lajċi fi ħdan il-Knisja f’pajjiżi Ewropej għal skopijiet ta’ kollaborazzjoni.
It-tema tal-Assemblea kienet “Id-Dinjita Umana fl-Ewropa li qed tinbidel – it-tweġiba nisranija”.
L-indirizz fi ftuħ l-Assemblea ngħata mill-President ta’ Caritas Europa, l-Isqof William Kenney. Kelliema oħra kienu jinkludu lill-Ambaxxatur tal-UE għall-Istati Uniti, id-Direttur tas-Serivv tal-Ġiżiti għar-Refuġjati fil-Belġju u anki il-publikatur tal-gazzetti Kattoliċi fil-Belġju.
Il-kumitat responsabbli issottolinea l-għan tagħha sabiex tkun intensifikata l-koperazzjoni mal-Kunsill Pontifiċju għal-Lajċi. Dan minbarra l-progress fil-komunikazzjoni u l-qsim ta’ ideat.
Semmiet ukoll l-impenn tagħha lejn “irwol iktar attiv fl-affarijiet soċjali u politiċi” skont ix-xewqa tal-Papa Benedittu XVI espresso minnu stess meta indirizza lill-membri tal-Kunsill Pontifiċju għal-Lajċi f’Mejju li għadda. Il-kunsill ta’ tmexxija ħabbar pjani għal-laqgħa li jmiss, is-sena d-dieħla, u qal li se ssir f’Minsk fil-Belarus.
BIRMINGHAM, England, (Zenit.org)