-
L-Arċisqof Charles J. Scicluna u Fr Joe Galea Curmi, Vigarju Ġenerali, illum, it-Tlieta 14 ta’ April 2015, f’nofsinhar, ltaqgħu mal-Provinċjal tal-Provinċja Dumnikana Maltija, Patri Frans Micallef O.P., u ma’ Patri Mark Montebello O.P., fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Matul il-laqgħa kordjali, l-Arċisqof inkoraġixxa lil Patri Mark biex ikompli bil-ħidma pastorali tiegħu ma’ persuni omosesswali, u talbu jkompli jsegwi l-prassi u d-dixxiplina tal-Knisja fil-ministeru tiegħu, speċjalment fiċ-ċelebrazzjoni ta’ riti sagri u fir-ritwali tal-Knisja. Patri Mark irringrazzja lill-Arċisqof u lill-Vigarju Ġenerali għas-sapport tagħhom u qabel li fil-ministeru pastorali tiegħu ma’ persuni omosesswali hu jkompli jsegwi l-prassi u d-dixxiplina tal-Knisja.