Is-Segretarjat għall-Appostolat tal-Emigranti, li fergħa minnu hija responsabbli mis-Saċerdoti, Reliġjużi u Lajċi Maltin li qed jaħdmu għall-Knisja bogħod minn artna (Secretariat for Maltese Priests Overseas, SMPO) ser jorganizza laqgħa għall-missjunarji reliġjużi u lajċi li jkunu Malta għall-ġranet ta’ mistrieħ. Mons. Lawrence Gatt, Aġent Vigarju, se jkun preżenti f’isem l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. Din il-laqgħa se ssir nhar il-Ħamis 12 ta’ Lulju 2012, fl-4:30 p.m. f’Dar l-Emigrant, il-Belt Valletta.
Il-laqgħa mas-saċerdoti, reliġjużi u lajċi Maltin ilha ssir kull sena għal aktar minn 50 sena b’appreżżament għall-ħidma li huma jwettqu fl-artijiet tal-missjoni barra minn Malta. F’din il-laqgħa, il-missjunarji jkollhom l-opportunita’ jagħtu tagħrif dwar l-esperjenzi tagħhom fil-ħidma pastorali u missjunarja li qed iwettqu.