Nhar il-Ħamis 18 ta’ Lulju 2024 fl-iskola St Michael, saret laqgħa oħra għall-grupp taż-Żgħażagħ SDC. Il-laqgħa bdiet b’riflessjoni bit-tema ta’ kif wieħed jista’ jagħmel kollox għall-glorja t’Alla, ibbażata fuq it-tagħlim tal-fundatur, San Ġorġ Preca.

Iż-żgħażagħ kellhom mument ta’ qsim ta’ ħsibijiet fi gruppi żgħar, fejn kulħadd kellu ċ-ċans jaħseb u jitkellem dwar sfidi, eżempji u benefiċċji ta’ din il-virtù. Wara, kien hemm ħin soċjali ikkaraterizzat minn logħba futbol fil-grawnd tal-iskola u ħin tal-ikel.

Numru sabiħ ta’ żgħażagħ attendew għal din l-attività. Waqt l-attività kien hemm ukoll l-opportunità li wieħed jersaq għas-sagrament tal-qrar.