‘Ikoni u Idoli’ huwa t-titlu tal-laqgħa ta’ djalogu li se ssir nhar il-Ħamis, 26 ta’ April 2012. Christians Together in Malta (Malta Ecumenical Council) jistiednu lil kulħadd jattendi.  Il-laqgħa se ssir bejn is-6.00 u s-7.00 p.m., f’St. Andrew’s House, Triq l-Ifran, il-Belt Valletta. Persuni minn denominazzjonijiet nsara differenti huma mistiedna jaqsmu l-fehmiet tagħhom fuq dan is-suġġett.