Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru, Fr James Hanvey SJ se jkun qed jindirizza laqgħa ta’ djalogu bit-tema ‘F’Malta, kif nistgħu nkunu Knisja ta’ lajċi u kleru li naħdmu flimkien u bit-tama, minkejja l-isfidi‘. Din il-laqgħa se ssir mis-7pm sad-9pm fis-Sala tal-Oratorju tal-MSSP, Birkirkara.
Fr James Hanvey hu teologu, awtur u direttur tal-irtiri. Għallem f’Heythrop College fl-Università ta’ Londra u kien Founding Director of the Heythrop Institute for Religion, Ethics and Public Life. Kien ukoll Master ta’ Campion Hall fl-Università ta’ Oxford u konsultur tal-Isqfijiet tal-Ingilterra u Wales. Illum jgħix Ruma u jmexxi s-Segretarjat tal-Ġiżwiti għas-Servizz tal-Fidi. F’dawk il-jiem se jkun Malta biex imexxi rtir għas-saċerdoti.
Kulħadd hu mistieden. Il-parking se jkun available għall-parteċipanti.
Min jixtieq jattendi jista’ jibgħat SMS fuq 79092299.