L-Għaqda Studenti tat-Teoloġija qed torganizza serje ta’ laqgħat fuq l-importanza tal-familja fis-soċjeta’ tal-lum bit-tema ‘It-Tisħiħ tal-Familja’. L-iskop ta’ dawn il-laqgħat hu li l-studenti u l-pubbliku in ġenerali jagħraf l-importanza ta’ stili ta’ ħajja u valuri li jgħinu l-familja Maltija tikber fl-unita’ u l-imħabba. Permezz ta’ dawn il-laqgħat in-nies ser jiġu mistiedna jirriflettu fuq il-valur tal-familja filwaqt li ser jiġu ppreżentati b’għodod kif tista’ tissaħħaħ il-familja. Dawk ser ikunu wkoll ta’ għajnuna għal dawk li jaħdmu mal-familji.
Dan il-kors ta’ 7 laqgħat ser jittratta:
1. Il-valur tal-familja għadu jagħmel sens illum? Riflessjonijiet ta’ kittieb.
Prof Oliver Friggieri – Awtur and poeta
It-Tlieta 1 ta’ Marzu | 17:30-19:00
2. Kristu u l-Familja Nisranija fi-dawl tan-Nota Pastorali fuq il-Familja tal-Isqfijiet Maltin. (tkun bl-Ingliż)
Rev Arthur Vella sj
It-Tlieta 8 ta’ Marzu | 17:00-18:30
3. L-Unjoni Ewropea kif tara’ l-familja u t-tisħiħ tagħha? (tkun bl-Ingliż)
Dr Simon Busuttil, Prof Edward Scicluna – Ewro-Parlamentari
Il-Ġimgħa 11 ta’ Marzu | 17:30-19:00
4. X’inhu l-irwol tal-ekonomija fit-tisħiħ tal-familja? (tkun bl-Ingliż)
Dr Gordon Cordina – Konsulent ekonomiku u lecturer fid-Dipartiment tal-Ekonomija fl-Universita’ ta’ Malta
It-Tlieta 15 ta’ Marzu | 17:00-18:30
5. Metodi li joffru għajnuniet lill-familji bi problemi. (tkun bl-Ingliż)
Dr Michael Tanti-Dougall – Avukat
Il-Ġimgħa 18 ta’ Marzu | 17:30-19:00
6. L-importanza tal-familja fl-Istat. (tkun bl-Ingliż)
L-E.T. Dr Edward Fenech Adami – President Emeritus ta’ Malta
It-Tlieta 22 ta’ Marzu | 17:30-19:00
7. Aspetti tal-familja Maltija llum. (tkun bl-Ingliż)
Dr Andre’ J. Camilleri – Moviment ‘Żwieġ bla Divorzju’
It-Tlieta 29 ta’ Marzu | 17:30-19:00
Il-laqgħat kollha ser isiru fil-Kappella tal-Universita’ ta’ Malta. Għal-aktar informazzjoni ibgħat email fuq [email protected]