L-Uffiċċju tal‑Immaniġġjar tal‑Kollezzjonijiet Artistiċi qed jorganizza sensiela ta’ taħdidiet għall-voluntiera u impjegati li jaħdmu f’mużewijiet tal-Knisja. Il-laqgħat jibdew nhar l-Erbgħa, 16 ta’ Ottubru fis-6pm fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana. Il-pubbliku hu mistieden jattendi u d-dħul hu b’xejn.
Il-laqgħat se jkunu maqsuma fuq sitt sessjonijiet ta’ darba fix-xahar u jservu wkoll biex l-operaturi tal-wirt kulturali jikbru mil-lat professjonali. Dawn se jservu ta’ spazju biex il-parteċipanti jaqsmu l-ideat u jitgħallmu minn xulxin, u jingħataw għodod biex jieħdu ħsieb aħjar l-wirt kulturali ekkleżjali waqt li jirrikonoxxu l-ħtiġijiet uniċi ta’ kull mużew tal-Knisja.
Waqt it-taħdidiet se jiġu diskussi l-immaniġġjar ta’ kollezzjonijiet b’inventarji dettaljati tal-oġġetti; l-aċċessibilità u s-sigurtà, konsiderazzjonijiet etiċi; il-liġi dwar il-wirt kulturali; l-iżvilupp tan-narrattiva dwar it-tagħlim Kattoliku permezz tal-arti, u l-ippjanar finanzjarju.
L-Uffiċċju tal‑Immaniġġjar tal‑Kollezzjonijiet Artistiċi fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta jżomm inventarji dettaljati tal-oġġetti liturġiċi fil-parroċċi u l-knejjes, biex iħares il-wirt ekkleżjastiku tal-Arċidjoċesi b’mod lijikkonforma mal-liġijiet tal-wirt kulturali. L-uffiċċju jagħti kontribuzzjoni lill-mużewijiet parrokkjali billi jassisti f’wirjiet u fil-formazzjoni tal- voluntiera.
Għal aktar informazzjoni jew reġistrazzjoni, tista’ tintbagħat email fuq [email protected].