Nhar it-Tlieta 10 ta’ Mejju, 2011, saret laqgħa oħra ta’ Talb għall-Familji fis-Santwarju ta’ Santa Teresa, B’Kara bis-sehem tal-Parroċċi li jiffurmaw parti minn Unità 2, 3 u 4. Numru sabieħ ta’ nies attendew fosthom sorijiet u patrijiet mid-diversi kommunitajiet, kappillani u lajċi.
Dawn il-laqgħat qed jiġu organiżati mis-Segretarjat tal-Parroċċi flimkien mas-Segretarjat tal-Lajċi li għalihom l-insara Maltin kollha huma mistiedna jattendu sabiex ilkoll flimkien, kemm lajċi, kemm saċerdoti kif ukoll reliġjużi rġiel u nisa, jiltaqgħu f’mumenti ta’ talb għall-familji kollha ta’ pajjiżna. F’dawn il-laqgħat tintalab it-Talba tar-Rużarju tal-Familja u Adorazzjoni Ewkaristika.
Laqgħa oħra bħal din ser issir nhar it-Tlieta 17 ta’ Mejju fis-7.30pm fil-Knisja Parrokkjali ta’ B’Buġia u jingħaqdu ma’ di din il-Parroċċi saċerdoti u lajċi mill-Parroċċi tal-Gudja, Marsaxlokk u Żejtun.