-
“Il-persuni ta’ kulur li qegħdin magħna mhumiex mistednin imma huma parti minna.”
L-Arċisqof Charles J. Scicluna sostna dan waqt taħdita pubblika dwar il-paċi u l-mibegħda razzjali li saret fl-Università ta’ Malta wara l-qtil kiesaħ u biered ta’ Lassana Cisse Souleymane f’Ħal Far. L-Arċisqof qal li l-qtil ta’ Cisse hu twissija għall-mexxejja reliġjużi iżda wkoll għal kull ċittadin. Saħaq li komunità tibena anke permezz tal-parteċipazzjoni tal-immigranti. “Il-komunità tagħna trid tkun komunità fejn nirrispettaw lil xulxin irrespettiviment mir-reliġjon, razza u sess”.
L-Arċisqof appella sabiex kull wieħed u waħda minna jħares lejn dawn ħutna l-immigranti u jagħraf li huma bnedmin bħalna. Fi kliem il-Papa Franġisku: “Il-mod kif pajjiż jilqa’ l-immigranti jirrifletti l-mod ta’ kif iħares [il-pajjiż] lejn id-dinjità tal-bniedem u r-relazzjoni tiegħu mal-umanità”.
Fil-preżent, il-Knisja f’Malta qed tiġbor fondi sabiex Lassana Cisse jindifen f’pajjiżu. Biex tikkontribwixxi għall-Archbishop’s Charity Fund ibgħat imejl fuq [email protected]