Il-jum tat-2 t’April ilbieraħ fakkar s-7 anniversarju mill-mew tal-Papa Ġwanni Pawlu II. Fuq Radju Vatikan ilbieraħ wieħed seta’ jsegwi għadd ta’ interventi ta’ nies li rrakkuntaw it-tifkiriet tagħhom ta’ Papa Wojtyla. Fost dawn, l-espert tal-Vatikan, awtur u ġurnalist Marco Politi, li fl-2008 ippubblika ktieb bit-titlu ‘Pope Wojtyla. The adieu’ li fih jitkellem dwar l-emozzjoni qawwija li ħakmet eluf kbar ta’ nies bejn Frar u April 2005, sakemm finalment tħabbret il-mewt tal-Papa. Linda Bordoni tkellmet ma’ Marco Politi li bħalissa hu editor tal-gazzetta ta’ kuljum fl-Italja ‘Il Fatto Quotidiano’. Tkellmet miegħu dwar l-istess ktieb li kiteb u l-memorji li għandu tal-Beatu Ġwanni Pawlu II. Tista’ taċċessa u tisma l-intervista fuq mp3 anness mal-istorja fuq www.news.va
F’dal-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa, li jilħqu l-qofol tagħhom fiċ-ċelebrazzjoni tal-qawmien mill-mewt ta’ Kristu, inħarsu lura lejn it-tbatijiet u l-mewt tal-Papa Ġwanni Pawlu II, mexxej, li tul il-pontifikat tiegħu, kulħadd ta xiehda tal-enerġija tiegħu, hu li ġera mad-dinja kollha bħala ‘l-Atleta t’Alla’. Eventwalment kulħadd ta xiehda tal-fraġilita tiegħu, simboliżmu qawwi tal-qawwa redentiva tat-tbatija u l-mewt. Fil-clip anness ma’ din l-istorja fuq www.news.va Veronica Scarisbrick tagħti ħarsa lejn l-aħħar jiem tal-pontifikat ta’ Ġwanni Pawlu II u l-mod kif it-tbatija providenzjalment bniet lil dan il-Papa Pollakk li ħalla impronta fuq id-dinja kollha. Isma l-clip mp3.