Il-jum ta’ riflessjoni Gudeo-Kristjana tradizzjonalment mizmum fl-Italja qabel il-gimgha ta’ talb ghall-ghaqda nisranija li ssir f’Jannar, rega’ tfacca u sab postu fil-kalendarju tal-2010. Dan wara li fl-2009 kien kancellat wara thassib dwar l-uzu tat-talba tal-Gimgha l-Kbira wara li l-ittra tal-Papa Benedittu 16 fl-2007 fethet it-triq ghal uzu usa tal-Missal tal-1962. Sussegwentament il-Papa ghamel bidliet f’din it-talba ghal-Lhud f’dik il-forma tal-liturgija.
Konferma dwar l-inkluzjoni tal-jum ta’ riflessjoni fil-kalendarju tas-sena 2010, waslet mill-Kardinal Angelo Bagnasco, President tal-Konferenza Episkopali Taljana. Il-kardinal ghadu kemm iltaqa’ ma’ Giuseppe Laras, President tal-AssembleaTaljana tar-Rabbi, u ma’ Riccardo Di Segni, Chief Rabbi ta’ Ruma.
“Matul il-laqgha, il-Kardinal irriafferma l-istima personali u dik tal-Isqfijiet fi hdan il-Konferenza Episkopali lejn il-komunitajiet Taljani Lhud”, afferma komunikat mahrug mill-konferenza.
Il-Kardinal Bagnasco qal li hu fehem it-thassib ezistenti tal-Lhud pero iddikjara li “l-Knisja Kattolika ma biddlet xejn fl-attitudni taghha lejn il-Lhud, specjalment mill-Koncilju Vatikan II ‘l hawn”.
Il-Konferenza Episkopali Taljana bidet il-jiem ta’ riflessjoni fl-1990.