“Meta jieħdu sehem fil-quddiesa u jirċievu l-Ewkaristija, il-kattoliċi jimtlew bil-gratitudni għal premijiet il-kbar li jagħtina Alla.” Hekk qal il-Papa lil grupp ta’ studenti li kien jgħallem meta kien għadu lekċerer l-Universita.

“Sakemm m’għandniex x’inroddulu lura, u sakemm aħna lkoll midinbin, Ġesu jistedinna għall-ikla tiegħu u jrid ikun magħna”, kompla l-Papa waqt li kien qed jippresiedi l-quddiesa f’Castel Gandolfo waqt il-laqgħa annwali mal-istudenti li kien jgħallem meta kien Professur fil-Ġermanja.

L-omelija waqt il-quddiesa saret mill-Kardinal Christoph Schonborn ta’ Vjenna. Il-Papa min-naħa tiegħu għamel ir-rimarki tiegħu fi ftuħ il-liturġija. Dwar dawn il-kummenti, il-Vatikan ħareġ stqarrija li fiha qal li fl-introduzzjoni tar-rit penitenzjarju, il-Papa qal li “fil-vanġelu tal-ġurnata, wieħed jagħraf li fir-realta qed inkomplu ngħixu bħall-pagani. Nistiednu lil min jista’ jistedinna lura, nagħtu biss li min jista’ jagħtina lura, għall-kuntrarju ta’ dak li jgħallimna nagħmlu Ġesu fil-Vanġelu ta’ San Luqa”. Temm jgħid li “l-istil t’Alla fl-istedin hu wieħed ċar, kif jidher fl-Ewkaristija”.

CASTEL GANDOLFO, Italy (CNS)