Life Network Foundation qed tniedi l-ftuh ta’ Central Distribution Hub ġdid għal ommijiet u trabi fil-bżonn. Il-Hub se jkun post fejn l-ommijiet jistgħu jiġu biex jirċievu għajnuna bhal provvisti ta’ ikel għat-trabi, ħrieqi, ħwejjeġ tat-trabi, u ħtiġijiet oħra li forsi ma jkunux jifilħu għalihom jew li ma jkollhomx aċċess għalihom. Il-Hub ser iservi ukoll bħala post fejn jintlaqgħu, jigu organizzati, u mqassma donazzjonijiet li nircievu mill-komunità. 

Fl-2022, LifeLine Malta pprovda numru rekord ta’ servizzi ta’ għajnuna u provvisti. Irċieva 305 telefonati u messaġġi permezz tal-helpline, ingħataw 1,105 siegħa ta’ appoġġ lill-ommijiet li kienu għadhom kemm welldu, għajnuna lil 85 familja permezz ta’ ikel u provvisti matul is-sena, ipprovda 1,205 siegħat ta’ konsulenza, u fuq kollox, għamilha possibli li 26 tarbija mwielda minn tqala mhux mistennijja, seta’ jkollhom dar sikura u sana fejn imorru. 

“Il-ftuħ ta’ dan is-Central Distribution Hub huwa pass ieħor fil-missjoni tagħna ta’ sapport għall-ommijiet u familji fil-bżonn,” qalet Christie Zammit, l-Amministratriċi ta’ Dar Tgħanniqa ta’ Omm. “Determinati li nipprovdu l-għajnuna kollha li nistgħu lill-ommijiet u t-trabi. Hemm ħafna ommijiet u familji ġodda li għandhom bżonn l-ghajnuna, u aħna nemmnu li dan is-Central Distribution Centre ser ikun ta’ għajnuna kbira għal ħafna nies.” 

Id-dettalji ta’ kif wieħed jagħmel użu mid-Distribution Hub f’Santa Venera, u kif wieħed jista’ jikkontribwixxi għalih ser jiġu ppubblikati fil-ġimgħat li ġejjin fuq www.lifelinemalta.eu. 

LifeLine Malta huwa proġett ta’ Life Network Foundation, u jipprovdi sapport u riżorsi lil ommijiet u familji fil-bżonn. Life Network jiddefendi d-dritt tal-ħajja tat-tarbija fil-ġuf u jaħdem biex jiżgura li kull tifel u tifla jkollhom ċans ta’ ħajja sikura u sana.