•  
  • Illum, is-Sibt 28 ta’ Ottubru 2017, fil-5:30 p.m., il-Papa Franġisku se jagħlaq il-kungress internazzjonali ta’ jumejn bl-isem ta’ ‘(Re)thinking Europe’, li qed isir fil-Vatikan.

    Għal dan il-kungress qed jattendu aktar minn 350 parteċipant mit‑28 pajjiż tal‑Unjoni Ewropea, fosthom rappreżentanti għolja tal‑Knisja u mexxejja politiċi Ewropej, bil‑għan li jikkontribwixxu għal riflessjoni kostruttiva dwar l‑isfidi li qed tiffaċċja l‑Ewropa.

    Għal dan il-kungress qed tattendi wkoll delegazzjoni Maltija mmexxijja mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna u tinkludi lill-Isqof Mario Grech, Dr Aaron Farrugia, Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej u d‑Djalogu Soċjali, Dr Roberta Metsola, Membru Parlamentari Ewropej, u Dr Vanni Xuereb, Kap tal‑MEUSAC.