-
Is-Sibt, 24 ta’ Ġunju, fid-9:00 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa tal-Ispirtu s-Santu fl-okkażjoni tal-ftuħ tat-Tlettax-il Parlament Malti minn żmien l-Indipendenza ‘l hawn.Il-Quddiesa ser issir fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta u għaliha huma mistiedna l-awtoritajiet għolja tal-pajjiż.
-