-
-
70 kappillan tal-parroċċi f’Malta, u 15-il kappillan tal-parroċċi f’Għawdex, qegħdin jattendu għal-live-in annwali li qed isir fis-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù. It-tema għal-live-in ta’ din is-sena hi l-Quddiesa tal-Ħadd u l-bini tal-komunità Nisranija. Flimkien mal-kappillani qed jattendu għal dan il-live-in, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, u l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech.
Il-live-in tal-kappillani beda llum, it-Tlieta 13 ta’ Jannar, u jintemm nhar il-Ħamis 15 ta’ Jannar 2015. Matul dawn it-tlett ijiem il-kappillani qed jisimgħu numru ta’ esperjenzi ta’ ċelebrazzjonijiet tal-Quddies li madwarhom inbniet komunità ħajja u attiva fil-parroċċa. Minbarra numru ta’ saċerdoti, se jindirizzaw lill-kappillani koppji miżżewġa, familji, żgħażagħ, inkluż dawk li m’għadhomx jattendu l-Quddies. Il-live-in jipprovdi wkoll ħin għad-diskussjoni u talb fost il-kappillani.Din is-sena, il-live-in ġie organizzat mill-Kunsill tal-Kulleġġ tal-Kappillani ta’ Malta u dak ta’ Għawdex.
-
-
Ritratti: Photocity, Valletta
www.photocitymalta.com