-
Illum il-Ħadd, 3 ta’ Ġunju 2018, fid-9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra Pontifikal fis‑Solennità tal‑Ġisem u d‑Demm Imqaddes ta’ Ġesù (Corpus Christi) fil‑Katidral tal‑Imdina, flimkien mal‑Kapitlu. Waqt l-istess Quddiesa ser jieħdu wkoll sehem is‑saċerdoti li qed jiċċelebraw xi anniversarju speċjali mill‑ordinazzjoni tagħhom. Wara l-Quddiesa, l-Arċisqof ser imexxi purċissjoni bl‑Ewkaristija mat‑toroq ewlenin tal‑Imdina.
-