-
Il-Ħadd, 22 ta’ April 2018, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra l-Ordinazzjoni Djakonali ta’ erba’ djakni ġodda, fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Iċ-ċelebrazzjoni ser tibda fid-9am.
L-erba’ seminaristi li ser jiġu ordnati djakni huma: Peter Ellul mill‑Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta, Jean Gové mill‑Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s‑Sema, il‑Mosta, Aayrton Ray Muscat mill‑Parroċċa ta’ Santa Luċija V.M., l‑Imtarfa u Matthew Pulis mill‑Parroċċa tal‑Familja Mqaddsa, l‑Iklin.
-