Għada s-Sibt 15 ta’ Ġunju 2024, fl-4:30pm (ħin ta’ Malta), se ssir il-quddiesa bl-ordinazzjoni episkopali ta’ Dun Henry Joseph Balzan, li nħatar mill‑Papa Franġisku bħala Isqof Awżiljarju tal-Arċidjoċesi ta’ La Serena, fiċ-Ċilì. Il-quddiea se ssir fil-Katidral tal-Madonna tal-Ħniena f’La Serena.
Jikkonċelebraw f’din il-quddiesa l-Isqof Awżiljarju ta’ Malta Joseph Galea-Curmi; Dun Gordon Refalo, il-Kappillan tal-Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Gżira; Dun Paul Buttigieg, li għamel numru ta’ snin missjunarju fiċ-Ċilì; u Dun Mark Mallia Pawley, saċerdot Malti li qed jaħdem fid-Djoċesi ta’ Copiapó fiċ-Ċilì.