Quddiesa praesente cadavere b’suffraġju għall-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. li se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, is-Sibt 22 ta’ Marzu 2025 fid-9:30am, immexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna.

Fi tmiem il‑quddiesa, il‑korteo funebri jitlaq bil‑mixi mill‑Konkatidral ta’ San Ġwann għal Triq ir‑Repubblika sa Bieb il‑Belt. Wara, il‑funeral ikompli f’forma privata sal-Knisja tal-Madonna tal-Għar u ta’ San Duminku, ir-Rabat, fejn issir id-difna.

F’dawn il-jiem il-Knisja f’Malta kienet qed titlob għal ruħ Mons. Pawlu Cremona O. P. u trodd ħajr lil Alla għal dan ir-ragħaj li mexxieha għal tminn snin, bejn l-2007 u l-2014. F’qalbna tibqa’ tidwi l-ħeġġa tiegħu msejsa fuq il-motto episkopali “Ħejju t-Triq għall-Mulej”.

Agħfas hawn għad-dettalji tal-funeral.