-
-
L-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-100 anniversarju mindu ġew eżumati u trasportati l-fdalijiet ta’ Adelaide Cini miċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata għall-Istitut Ta’ Cini, fil-kappella tal-istitut f’Sta Venera, illejla fis-7pm. Matul il-Quddiesa, l-Arċisqof se jitlob li jerġa’ jinfetaħ il-każ tal-Venerabbli Adelaide Cini biex eventwalment, jekk tissodisfa l‑kriterji tal‑liġi tal‑Knisja, din il‑mara lajka tiġi bbeatifikata.