-
Illum, l‑Erbgħa, 14 ta’ Frar 2018, Ras ir‑Randan, fis‑6:30 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra l‑Quddiesa tal‑Erbgħa tal‑Irmied, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.
Il-Quddiesa tinkludi t-tberik u t-tqegħid tal-irmied. Dawk kollha li jaħdmu l-Belt Valletta jew jinzertaw il-Belt huma mistiedna jattendu għal din iċ-ċelebrazzjoni.
-