L-inizjattiva LOGOS se torganizza diskussjoni fis-6 ta’ Novembru fis-6:30pm-8:30pm fil-librerija tas-Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù, ir-Rabat dwar il-qerda tal-ambjent, id-distakk bejn is-sinjur u l-fqir u r-rwol tat-tama quddiem dan kollu.
LOGOS hi inizjattiva ġdida li tgħin fil-ħolqien ta’ spazji ta’ djalogu bbażati fuq il-messaġġ Nisrani biex iqawwi t-tama fis-soċjetà Maltija. L-għan ewlieni ta’ LOGOS hu li jqajjem kuxjenza permezz ta’ attivitajiet ta’ diskussjoni sabiex titwassal it-tama ta’ Ġesù Kristu, u tiġi protetta d-dinjità tal-bniedem fis-soċjetà.
Waqt id-diskussjoni se ssir intervista mal-Professur Paul Pace u l-Lettur Universitarju Wendy Jo Mifsud. Il-parteċipanti huma mistiedna jagħtu l-opinjoni tagħhom waqt il-laqgħa u jikkontribwixxu fid-diskussjoni. Din l-attività se tinkludi wkoll mużika u qari mil-letteratura Maltija mmirata biex toħloq atmosfera riflessiva li twassal għal konversazzjoni kostruttiva. Wara d-diskussjoni, se jkun hemm ħin għal networking.
L-attività se tkun bil-Malti u bla ħlas.
Min jixtieq jipparteċipa jista’ jirreġistra hawnhekk: https://forms.gle/kMBhrj3aDCwjWRuD9