Pope

Matul ix-xahar ta’ Lulju, il-Papa Benedittu XVI se jkun qed jitlob għal elezzjonijiet trasparenti, kif ukoll għall-promozzjoni tal-paċi, speċjalment fl-ibliet tad-dinja.

L-Appostolatura tat-Talb ħabbret l-intenzjonijiet magħżula mill-Papa għat-talb tiegħu matul dan ix-xahar ta’ Lulju. L-intenzjoni ġenerali tal-Papa se tkun iddedikata sabiex f’kull pajjiż tad-dinja l-elezzjoni ta’ nies uffiċjali ssir b’ġustizzja, trasparenza u onesta, b’rispett lejn id-deċiżjonijiet ħielsa taċ-ċittadini.

Bħal kull xahar, il-Papa jagħżel ukoll intenzjoni appostolika għat-talb tiegħu. F’Lulju se jitlob sabiex l-insara jirsistu biex jikkontribwixxu b’mod mill-aktar effettiv kullimkien, speċjalment f’ċentri urbani kbar, għall-promozzjoni tal-edukazzjoni, tal-ġustizzja, tas-solidarjeta u tal-paċi.