Ritratt: MART PRODUCTION

Il-Koalizzjoni ‘Int Tista’ Ssalvani’ u l-Grupp ta’ 80 Espert appoġġjati b’mod attiv minn aktar minn 25,000 petizzjonant, qed jiġu injorati.

Skont rapporti fil-midja ta’ kummenti li għamel il-Ministru tas-Saħħa, il-Gvern se jkollu laqgħat dwar l-abbozz ta’ liġi dwar l-abort ma’ “firxa wiesgħa” ta’ stakeholders sal-ġimgħa d-dieħla jew ta’ wara.

Il-Prim Ministru ġie kkwotat jgħid ukoll li l-Gvern se jiltaqa’ ma’ kulħadd biex jifhem it-tħassib u l-biżgħat ewlenin ippreżentati mill-emenda u jifhem kull tħassib dwar kif jista’ jiġi abbużat.

Il-koalizzjoni ‘Inti Tista’ Ssalvani’ kitbet lill-Prim Ministru fl-1 ta’ Diċembru 2022 biex titlob “laqgħa urġenti”, iżda il-koalizzjoni għad trid tirċievi tweġiba. Il-Koalizzjoni u l-Grupp ta’ 80 Espert iħeġġu lill-Gvern biex ġenwinament jikkonsulta filwaqt li jżomm mal-wegħda tiegħu li ma jintroduċix l-abort. Sal-lum jidher li l-Gvern irid jisma’ biss il-lobby favur l-abort, filwaqt li jinjora kompletament il-Koalizzjoni ‘Int Tista’ SSalvani’ u l-Grupp ta’ 80 Espert appoġġjat minn aktar minn 25,000 petizzjonant.

Dr Miriam Sciberras, iċ-Chairperson tal-Koalizzjoni, qalet: “Aħna nifhmu li “kulħadd” ifisser aħna ukoll, u għalhekk nistennew li niġu ukoll ikkonsultati mill-Gvern”.

Hija ħasra li l-Ministru Fearne għażel li jpinġi t-tħassib ġenwin u razzjonali ta’ tant Maltin bħala ‘hype and frenzy’ sempliċiment għax ma joqogħdux fuq il-kelma tiegħu. Għandu jagħraf li l-proposta attwali għandha periklu inerenti u potenzjali li tiġi abbużata u li sempliċement bidliet kożmetiċi u l-kliem ieħor biex iserraħ l-moħħ min-naħa tiegħu ftit li xejn ibiddlu dan.

Il-Koalizzjoni u l-Grupp ta’ esperti huma impenjati li jippreżentaw proposti li jiżguraw il-protezzjoni tal-ommijiet f’sitwazzjonijiet ta’ theddida għall-ħajja. Dan filwaqt li jiżguraw li l-ħajja tat-trabi mhux imwielda tkun protetta mir-riskju ta’ terminazzjoni għal kwalunkwe raġuni mhux ġustifikata taħt it-terminu wiesgħa tal-kelma “saħħa”. Dan ikun sempliċement abort fuq talba.

L-NGOs, organizzazzjonijiet, gruppi u persuni involuti

L-eks President Marie-Louise Coleiro Preca & Edgar Preca, the Augustinian Youths, Azzjoni Kattolika, Caritas Malta, Catholic Charismatic Renewal, Catholic Voices Malta, Church Schools Association (CSA), Christian Life Community (CLC) Malta, Dar Merħba Bik, Eucharistic Youth Movement Malta, Fondazzjoni Sebħ, Forum tal-Ghaqdiet u Movimenti Kattolici tal-Lajci, Gozo Aid for the Visually Impaired, Gozo Association for the Deaf, Great Oak Malta Association, Kamra tal-Ispiżjara ta’ Malta, Knisja Evanġelika Battista, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, Legion of Mary, Malta Catholic Youth Network, Malta House of Prayer, Malta Unborn Child Platform, Maltese Jesuit Community, MFOPD, Mission Fund, Moviment ta’ Cana, Muscular Dystrophy Group Malta, National Council for Women, National Parents Society of Persons with Disability (NPSPD), New Humanity Movement, Malta (Focolare Movement, Malta), Pietre Vive, Salesians of Don Bosco, Secretariat for Catholic Education, Segretarjat Assistenza Socjali (AKM), Soċjetà M.U.S.E.U.M Nisa, Soċjetà M.U.S.E.U.M Rġiel, Sovereign Order of Malta, St Jeanne Antide Foundation, The Evangelical Alliance of Malta, Trinity Evangelical Church, Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK).