-
-
Christians Together in Malta (Il-Kunsill Ekumeniku Malti) qed jistieden lill-Insara f’Malta għal lejla ta’ kant ta’ innijiet gospel, nhar il-Ġimgħa, 14 ta’ Ġunju 2019 fis-6:30pm fis-Sala ta’ San Alwiġi, Birkirkara. L-innijiet ġew tradotti mill-Ingliż għall-Malti minn Joe C. Aquilina.
Bejn kull innu, Rev Kim Hurst u s-Sur Philip Leone Ganado se jfissru s-sinifikat tal-lirika li se tkun qed titkanta. Dan mhuwiex kunċert imma kant ta’ komunita’ li flimkien tiltaqa’ wiċċ imb wiċċ mal-preżenza ta’ Alla u tfaħħru. Din għandha sservi bħalma jgħid Santu Wistin: Min ikanta jitlob darbtejn.
Bħala Nsara f’Malta u Għawdex aħna msejħa biex naħdmu għall-għaqda, li tista’ ssir permezz ta’ ġesti sempliċi u konkreti. Minkejja d-differenzi ta’ bejnietna, bħala aħwa fi Kristu xorta nistgħu nagħmlu diversi affarijiet ta’ ġid flimkien, fosthom inkantaw u nagħtu ġieħ lil Alla.
Kulħadd mistieden jattendi. Id-dħul hu mingħajr ħlas.