It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-laqgħa tal-Kunsill Presbiterali fil-Kurja.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwalment, jiċċelebra Quddiesa u jiekol magħhom, fis-Seminarju tal-Virtu’.
It-Tlieta
12.30 p.m. L-Arċisqof imexxi laqgħa ta’ talb fil-Kappella tal-Universita’.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika tas-Swatar bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu f’din il-parroċċa.
5.45 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tas-subien, Swatar.
7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Żgħażagħ u Adolexxenti tas-Swatar.
8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ maż-żgħażagħ tas-Swatar.
L-Erbgħa
10.00 a.m. L-Arċisqof jattendi l-għeluq tal-kors għall-Carers fid-Djar tal-Anzjani u jqassam iċ-ċertifikati.
11.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan ta’ B’Kara (S. Marija), Dun Lino Azzopardi, dwar iż-żjara pastorali tiegħu f’ din il-parroċċa.
4.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġika tas-Swatar.
5.15 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tal-bniet, Swatar.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu u l-Kunsill Ekonomiku Parrokjali tas-Swatar.
8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti tas-Swatar u jiekol magħhom.
Il-Ħamis
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja tas-Swatar.
5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ nies mill-parroċċa tas-Swatar.
7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokjali tas-Swatar.
Il-Ġimgħa
9.00 a.m. L-Arċisqof jattendi l-konferenza għall-edukaturi Kattoliċi fil-Lukanda Merdien, San Ġiljan
4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Raprezentattiv Djoċesan.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Żgħażagħ u Adolexxenti tal-parroċċa S. Marija, B’Kara.
8.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ maż-żgħażagħ tal-parroċċa S. Marija, B’Kara.
Is-Sibt
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Pastorali, il-Kurja.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Diakonia tal-parroċċa S. Marija, B’Kara.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa ta’ S. Marija, B’Kara.
Il-Ħadd
8.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Kappella ta’ San Alwiġi, B’Kara.
11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ nies individwali minn B’Kara.
12.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Komunita’ tal-Ġiżwiti ta’ B’Kara u jiekol magħhom.
6.00 p.m. L-Arċisqof imexxi Quddiesa konċelebrata għall-membri tal-Fratellanzi ta’ Malta, fil-Knisja Parrokkjali ta’ S. Sebastjan, Qormi.