Qabel ma talab it-talba tal-Angelus, il-Papa Benedittu XVI fakkar li s-supplikazzjoni tradizzjonali annwali li fiha ħadu sehem eluf ta’ nsara madwar id-dinja lbieraħ, saret fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pompej, iddedikat lill-Madonna tar-Rużarju.
“Hekk kif kulħadd jingħaqad spiritwalment fit-talb, nistedinkom sabiex matul is-Sena tal-Fidi nitolbu bi ħġarna t-talba tar-Rużarju. Permezz tar-Rużarju, inkunu qed inħallu lilna nfusna nitmexxew minn Marija, il-mudell tal-fidi, fil-meditazzjoni tal-misteri ta’ Kristu. Dan jippermettilna biex jum wara ieħor nassimilaw il-messaġġ tal-Vanġelu biex niffrumaw lilna nfusna.
“Fid-dawl ta’ dak li għamlu l-predeċessuri tiegħi, partikolarment il-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II li għaxar snin ilu tana l-Ittra Appostolika ‘Rosarium Virginis Mariae’, nistieden lil kulħadd għat-talba tar-rużarju, individwalment, fil-familja u fil-komunita. Hekk kulħadd ipoġġi lilu nnifsu fl-iskola ta’ Marija li twassalna għand Ġesu, iċ-ċentru ħaj tal-fidi”, temm jistqarr il-Papa Benedittu XVI.