Matul dan ix-xahar ta’ Mejju, il-Papa Benedittu XVI qed jitlob prinċipalment għad-difiża tal-familji.
L-Appostolatura tat-talb tal-Papa qalet fl-istqarrija li toħroġ ma’ ftuħ ta’ xahar ġdid, li l-intenzjoni ġenerali tat-talb tal-Kap tal-Knisja Kattolika għal Mejju hija “biex ikunu promossi inizjattivi li jiddefendu u jsostnu l-irwol tal-familja fi ħdan is-soċjeta”.
L-intenzjoni missjunarja tat-talb tal-Papa tul Mejju hi biex “Marija, Sultana tad-dinja u Kewkba tal-Evanġelizzazzjoni, takkumpanja lill-missjunarji kollha fil-proklamazzjoni ta’ binha Ġesu”.