Beacon Media Group

Beacon Media Group Ltd (C12857) hi kumpanija tal-Knisja li tmexxi l-media tal-Knisja prinċipalment l-istazzjon tar-radju RTK103 u Newsbook.com.mt. Hija tipprovdi wkoll diversi servizzi fl-oqsma awdjoviżivi u diġitali permezz tat-taqsima msejħa Media Centre.

Beacon Media Group Ltd bdiet topera fl-2017 wara li ġew amalgamati flimkien il-Media Centre Ltd. (oriġinarjament imwaqqaf fl-1980) u l-RTK Ltd (oriġinarjament imwaqqaf fl-1992).

L-uffiċċji tal-kumpanija qegħdin fi Blata l-Bajda fejn hemm ukoll l-istudios state of the art li nbnew fl-2019.

RTK103

L-istazzjon tar-radju RTK103 li beda jxandar f’Lulju 2019 jadotta l-format ta’ chat u music station. L-istazzjon jipprovdi divertiment, informazzjoni, flimkien ma’ programmi ta’ diskussjoni u ġrajjiet kurrenti. L-għan aħħari tal-istazzjon hu li jwassal il-messaġġ nisrani.

RTK103 ħa post Radju RTK u żamm l-istess frekwenza. RTK kien beda jxandar fl-1992 u għal snin twal stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-aktar stazzjonijiet popolari u influwenti f’Malta.

RTK103 jista’ jinstema’ wkoll fuq l-internet u fuq il-pjattaforma diġitali.

Newsbook Malta

Newsbook Malta hi websajt ta’ aħbarijiet lokali u internazzjonali bl-Ingliż u bil-Malti maħsuba biex joffri lill-qarrejja aħbarijiet li jkunu ġusti u ta’ min jafdahom. Newsbook tnediet fl-1 ta’ Ottubru 2012 u hi waħda mill-aktar portals popolari f’Malta.

L-etos tal-websajt hu ispirat mill-messaġġ Nisrani.

Newsbook Malta għandha wkoll preżenza qawwija fuq il-mezzi soċjali. Hemm diversi paġni fuq Facebook u l-aktar waħda popolari għandha ‘l fuq minn 144,000 follower.

X’tistenna bi dritt mingħandna

Fl-2021, l-membri tal-Bord tad-Diretturi, il-membri tal-Bord Editorjali, il-membri tat-tim tal-maniġment ġabar b’mod formali u bil-kitba dak kollu li jixtieq iwettaq matul is-snin. Dan id-dokument huwa mfassal fuq diversi dokumenti tal-Knisja.

Aħna ma nwegħdukomx li qatt ma niżbaljaw. Dik wiegħda li l-ebda maħluq ma jista’ jagħmel. Inwegħdukom iżda li aħna impenjati li nagħmlu ħilitna kollha biex il-ħidma tagħna kollha tkun ispirata mill-valuri u għanijiet espressi f’dan id-dokument.

Tistgħu tarawh u  taqrawh sħiħ billi tagħfsu hawn.

Media Centre

Il-Media Centre hija t-taqsima l-aktar antika ta’ Beacon Media Group. Mill-bidu ċkejken fl-Istitut Kattoliku l-Furjana l-Media Centre żviluppa bħala post li jipprovdi diversi servizzi fil-qasam awdjoviżiv u diġitali lill-bqija tal-kumpanija u lill-entitajiet barra l-kumpanija.

Bord tad-Diretturi 

Chairman:  Prof. Franco Curmi

Membri: Francesco Pio Attard, Ariadne Massa, Michael Pace Ross, Kevin Papagiorcopulo.

Bord ta’ Tmexxija:

Chief Executive Officer: Kevin Papagiorcopulo

Registered Editor: Matthew Xuereb

Sales Manager: Marouska Buttigieg

Head Technical Services: Fr Stefan Bonanno

News Manager: Charmaine Attard

Digital Media Manager: Maria Callus

Head of Programmes and Business Development: Amanda Ciappara Mizzi


Beacon Media Group Ltd
New Media Centre
Triq Nazzjonali, il-Blata l-Bajda 
ĦMR1640

Telefown Ġenerali: 25699100
Kamra tal-Aħbarijiet: 25699214/5/8
103 Malta’s Heart: 25699230
Tim tekniku: 25699244
Reklamar: 25699220