Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika

  • Fl-edizzjoni l-ġdida tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, saret reviżjoni tat-test biex din il-publikazzjoni tinkludi l-ortografija l-ġdida tal-lingwa Maltija u l-kwotazzjonijiet mill-aħħar edizzjoni tal-Bibbja bil-Malti.

    Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika kien approvat fil-25 ta’ Ġunju 1992 mill-Papa San Ġwanni Pawlu II. F’dik l-okkażjoni l-Papa kien qal: “Il-Katekiżmu għandu postu fit-tradizzjoni tal-Knisja: juri u jwettaq f’sura kateketika l-ħajja u l-għana tal-Knisja. Il-Katekiżmu hu mqassam tajjeb f’għadd ta’ artikli u jwieġeb għal dak li kienu talbu l-Isqfijiet fis-Sinodu, għaliex huwa mera mill-aktar ċara tat-tagħlim tal-Konċilju Vatikan II, u nkiteb għall-bniedem tallum biex iwassal l-messaġġ Nisrani”.

    Publikazzjoni tal-Kurja tal-Arċisqof.