Madwar id-dinja qed isiru medja ta’ 1.2 miljun abort fix-xahar, waqt li hu stmat li mill-1922 ’il quddiem saru b’kollox madwar biljun abort.

Statistika riċenti turi li f’dawn l-aħħar snin ir-rata ta’ aborti fl-Istati Uniti ma baqgħetx tonqos kif kienet qabel, iżda stabbilizzat ruħha f’rata ta’ 19.6-il tarbija maqtula fil-ġuf għal kull elf mara bejn il-15 u l-44 sena.

Dawn il-fatti joħorġu minn ċifri ppubblikati separatament minn Johnstonsarchive.net u l-Guttmacher Institut. Fid-dawl tal-Jum favur il-Ħajja, li jiġi ċċelebrat f’diversi pajjiżi madwar id-dinja l-Ħadd, 6 ta’ Frar li ġej, diversi huma l-aġenziji madwar id-dinja li qed jippubblikaw statistika dwar l-għadd ta’ trabi li nqerdu permezz tal-abort.

AGĦfAS HAWN biex tkompli taqra dan l-artiklu fuq is-sit www.il-gensillum.com