-
Meeteen 2013
-
Il-Ġimgħa, Novembru 22 – Adolexxenti minn Malta kollha se jiġu flimkien għal Meeteen, fil-Kumpless Ġwanni Pawlu II ġewwa Ħ’Attard. Meeteen hija okkażżjoni annwali li tagħti bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet djoċesani ta’ Kristu Re.
Arċisqof Pawl Cremona wkoll se jieħu sehem fl-avveniment, bit-tema: Follow Him. Is-serata, ppreparata minn ŻAK Siġġiewi, għandha programm ikkulurit maħsub apposta għall-adolexxenti, fl-etajiet bejn 12 sa 16. Skont il-vers magħżul mill-Papa għar-riflessjoni taż-żgħażagħ din is-sena, Mattew 28,19, Meeteen se jgħin lill-adolexxenti biex jifhmu aħjar is-sinjifikat tad-dixxipulat.
L-okkażjoni hija kkordinata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ.