• Ningħaqdu mal-E.T. il-President tar-Repubblika Marie-Louise Coleiro Preca, fit-tħassib tagħha għas-sitwazzjoni ta’ bħalissa f’pajjiżna. Għaldaqstant ​nagħtu l-appoġġ tagħna għall-messaġġ li hija wasslet nhar il-Ġimgħa 8 ta’ April 2016, f’wieħed mill-ġurnali ta’ pajjiżna.  
    Filwaqt li ningħaqdu mal-President Coleiro Preca fl-appell f’waqtu li hija għamlet, nagħmlu sejħa lil dawk kollha ta’ rieda tajba biex jiżnu l-kliem tagħha u nistiednu lill-Insara biex jitolbu lil Alla, għani fil-ħniena, jieqaf magħna fiċ-ċirkustanzi attwali. Fuq kollox nitolbu biex f’pajjiżna jsaltnu dejjem l-għaqda, l-għożża, il-libertà, il-verità u l-ġustizzja.
     
    ✠  Charles J. Scicluna                                                            ✠ Mario Grech
         Arċisqof ta’ Malta                                                                  Isqof ta’ Għawdex