-
Messaġġ mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex
-
Fid-dawl ta’ l-iżviluppi li seħħew f’dawn l-aħħar siegħat u fid-dawl ta’ dak li qal il-Qdusija Tiegħu il-Papa Franġisku l-bieraħ f’Lampedusa, aħna l-Isqfijiet Maltin nappellaw lill-Awtoritajiet Ċivili Maltin biex iħarsu d-dinjità ta’ kull bniedem li jasal fuq ix-xtut tagħna, jirrispettaw l-obbligi internazzjonali ta’ Malta u jkomplu jwettqu politika ta’ ospitalità. Fl-istess ħin nappellawlhom biex ikomplu jisħqu b’kull meżż leġittimu biex pajjiżi ikbar minna jaqsmu il-piż tagħna. Il-Mulej ikompli jbierek il-qalb ġeneruza tal-Maltin.
✠ PAWLU CREMONA O.P.
Arċisqof ta’ Malta
✠ MARIO GRECH
Isqof ta’ Għawdex
✠ CHARLES J. SCICLUNA
Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali ta’ Malta