Messaġġ mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Ippermettuli nwassal messaġġ ta’ kuraġġ lil kull min qiegħed jaħdem fl-isptar Mater Dei f’dawn il-ġranet tassew partikolari. Insellem lill-amministrazzjoni tal-isptar, lit-tobba u l-konsulenti, lin-nurses u l-istaff mediku kollu tal-isptar u nsellem ukoll b’mod partikolari lill-pazjenti.
Huma mumenti fejn jitolbu minna mhux biss ġenerożità, imma sagrifiċċji lil hemm minn dak li qatt konna naħsbu; b’mod speċjali niftakar fikom u l-fatt li ħafna drabi jkollkom tiċċaħdu mill-familji tagħkom, u li qegħdin taħdmu f’sitwazzjonijiet mhux faċli ta’ tensjoni u anke ta’ periklu.
Nixtieq li tkunu tafu li aħna qrib tagħkom bi gratitudni kbira imma anke bi spirtu ta’ talb, u bil-qalb u mill-qalb nagħtikom il-barka pastorali tiegħi.