Mijiet ta’ persuni mxew wara l-istatwa tad-Duluri fil-Pellegrinaġġ Nazzjonali li mexxa l-Arċisqof Charles Scicluna.
Il-Pellegrinaġġ beda mill-Knisja ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta.
L-Insara kienu mistiedna u mħeġġa jattendu għal dan il-pellegrinaġġ sabiex
flimkien bħala Knisja, ikomplu l-mixja penitenzjali li twassal għall-passjoni, il-mewt u
l-qawmien minn bejn l-imwiet ta’ Sidna Ġesù Kristu.
Il-pellegrinaġġ ġie organizzat mill-Arċikonfraternità tas-Santissmu Kurċifiss
b’kollaborazzjoni mal-Patrijiet Franġiskani tal-Belt Valletta u l-Arċidjoċesi ta’ Malta.
Ilbieraħ, fl-omelija waqt il-quddiesa f’Jum id-Duluri, l-Arċisqof qal li għandna nitolbu għall-veru ħelsien ta’ Malta: il-ħelsien mill-kultura tal-mewt li tiddisprezza l-ħajja fil-bidu tagħha u li ma jimpurtaħhiex mill-mewt.
Sors: Newsbook Malta