• *****

    Direttur: Pierre Coffin

    Ilħna: Pierre Coffin, Sandra Bullock, Jon Hamm, Micael Keaton, Allison Janney, Steve Coogan, GeoffreyRush, Jennifer Saunders u Haroyuki Sanada

    Ħin tal-Film: 91 min

     

    Klassifika taċ-Ċensura: U

    Klassifika tal-Knisja: U

    Minions huma kreaturi żgħar li kienu jeżistu minn żmenjiet imbegħda, forsi minn tal-ewwel li kienu jeżistu. L-għan ta’ dawn il-kreaturi fl-istorja kien u għadu li jservu lil dawk  l-iktar qawwija u l-iktar korrotti. Il-Minions irnexxielhom jeqirdu aċċidentalment  numru minn dawn fosthom T. Rex, bniedem li kien jgħix ġewwa għar, Fargħuni, re fi żmien il-Medju Evu, Napuljun u Drakula. Wara dawn il-fallimenti il-Minions iddeċiedew li  jiżolaw rwieħhom mid-dinja u bdew jgħixu ħajja ġdida ġewwa l-Antartika. Riżultat ta’ dan kien li waqgħu f’dipressjoni qawwija. Kellu jkun Kevin li ħareġ bi pjan ġdid li meta talab għal voluntieri kien hemm biss minion wieħed, bl-isem ta’ Stuart u ieħor żgħir bl-isem ta’ Bob li Kevin għal bidu ħaseb li kien żgħir wisq iżda kellu jaċċettah għaliex ma kienx hemm iktar voluntieri.  Hekk  kif dawn it-tliet minions telqu mill-Antartika għal New York isiru jafu  li ġewwa Orlando fi Florida kien sejjer ikun hemm konvenzjoni  msejjħa minn Scarlet Overkill, villana magħrufa. Il-minions b’ xi mod jew ieħor jaslu Orlando. Scarlet kienet lesta li ttihom missjoni biex jisirqu l-kuruna tar-Regina Brittanika wara li urew il-kapaċitajiet tagħhom  wara sfida qawwija li offrew  minn kompetituri oħra fosthom Frankie Fish Lips u sumo lottatur fost ħafna oħrajn. Scarlet tieħu lil minions fir-residenza tagħha ġewwa Londra fejn hemm itihom istruzzjonjiet ta’ kif sejri jisirqu l-kuruna magħrufa bħala l-kuruna ta’ St. Edward. Scarlet theddidhom li jekk ma jirnexxielhomx jisirqu l-kuruna tkun lesta li toqtolhom. Biex jgħinu lil minions, ir-raġel ta’ Scarlet, Herb Overkill joffrilhom ftit armi biex jgħinuhom fil-missjoni tagħhom,  l-aktar biex jinfiltraw it-Torri ta’ Londra.Tgħid jirnexxielhom fit-tentativ tagħhom? Xi jsir minnhom il-kumplament tal-Minions li huma wkoll kienu għaddejin minn ġrajja interessanti?                   

    Film animat bi 3D, komputerizzat u kummiedja ħelwa li ssegwi ż-żewġ films li kienu ħarġu xi ftit snin ilu: Despicable Me (2010) u Despicable Me 2 (2013).  Film mimli azzjoni li zgur għandu jgħoġob lil kulħadd.