-
Il-Grupp Żgħażagħ Gudja, bl-appoġġ ta’ RTK4Charity se jorganizzaw l-ewwel edizzjoni tal–“Mixja, Qadfa, Ġirja” b’risq id-Dar tal-Providenza nhar il-Hadd 28 ta’ Settembru 2014. Din l-attività, li l-organizzaturi spjegaw li mhix maratona jew kompetizzjoni fejn se jkun hemm xi rebbieħ, hi mibnija fuq tlett aspetti sportivi differenti:
Mixja – li ħa tibda mill-pjazza tas-Siggiewi fit-8.45am
Qadfa – li tibda mill-pjazza tal-Katidral tal-Imdina fid-9.15am
Ġirja – li tibda min quddiem il-Knisja parrokkjali taz-Zurrieq fid-9.15am
It-tlett attivitajiet ser jispiċċaw fid-Dar tal-Providenza għalkemm f’ħinijiet differenti. Ser tkun qed tintalab donazzjoni għal kull min se jieħu sehem b’risq id-Dar.
Waqt li ddeskriva din l-attività bħala waħda nazzjonali, Stefan Caruana, mill-Grupp Żgħażagħ Gudja qal li żgħażagħ u persuni li ġejjin minn oqsma differenti tal-ħajja se jkunu qed jieħdu sehem f’attività kollettiva u sportiva. Madankollu, barra min sempliċi mixja, qadfa u ġirja, din l-attivita’ għandha tissimbolizza aspett partikolari: dak li għalkemm jistgħu jeżistu xi differenzi jew ideat differenti, meta jkun hemnm koordinazzjoni xorta waħda jista’ jintlaħaq għan wieħed l-aktar meta jispikka s-sens tal-volontarjat.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb permezz ta’ email fuq [email protected] jew fuq 7949 3923. -