“Jekk l-għana tal-Knisja ma jkunx Kristu, ċertament il-Knisja tkun fqira. Jekk l-Ispirtu ta’ Kristu ma jwarradx fil-Knisja, hija ċertament tkun sterili. Jekk l-arkitett tal-Knisja ma jkunx Kristu u l-ispirtu tiegħu ma jkunx is-siment li jgħaqqad flimkien il-ġebel ħaj li bih hija mibnija, allura l-bini tagħha jkun verament qed jiġġarraf. Jekk il-Knisja ma tkunx tirrifletti s-sbuħija unika ta’ wiċċ Kristu, il-Knisja ma jkollhiex sbuħija.”
Hekk qal l-Arċisqof Emeritu Mons Ġużeppi Mercieca fl-omelija li għamel fil-quddiesa konċelebrata ta’ Radd il-Ħajr li mexxa l-Ħamis fil-Katidral tal-Imdina, fl-okkażjoni tas-60 anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com