Azzjoni Kattolika Maltija

  • Il-Papa Piju XI waqqaf l-Azzjoni Kattolika mad-dinja kollha bl-Enċiklika Ubi Arcano f’Diċembru 1922. F’Malta twaqqfet fil-5 ta’ April 1929 minn Patri Prof. Danjel Callus O.P. fost l-istudenti tal-Università, u f’Ottubru tal-1930 twaqqfet il-Federazzjoni taċ-Ċirkoli ta’ l-Azzjoni Kattolika. L-Azzjoni Kattolika hi għaqda ta’ lajċi li minn rajhom jimpenjaw ruħhom, b’mod komunitarju u organizzat u b’kollaborazzjoni diretta mal-Ġerarkija, li jaħdmu biex jintlaħaq l-iskop appostoliku ġenerali tal-Knisja.
     
    L-Azzjoni Kattolika tiġbor fiha fergħat tal-Adulti u ż-Żgħażag. Dawn il-fergħat huma mxerrdin kważi fil-parroċċi kollha tal-Gżejjer Maltin. L-Azzjoni Kattolika tħaddan ukoll inizjattivi oħra li permezz tagħhom twassal il-messaġġ Nisrani lill-Poplu t’Alla b’dawn il-ħidmiet:
     
    • Segretarjat Assistenza Soċjali (SAS) (tel. 2122 0286)
    • Kummissjoni Ħidma Morda u Persuni b’Diżabbiltà
    • Il-pubblikazzjoni Il-Leħen (gazzetta għal tmiem il-ġimgħa)

L-Azzjoni Kattolika waqqfet id-Dar tal-Providenza għal persuni b’diżabilità li tinkludi Villa Mons. Gonzi, Villa Papa Giovanni u Villa Papa Luciani.

Barra li tieħu ħsieb il-formazzjoni spiritwali, kulturali, soċjali u apostolika tal-imseħbin tagħha, u permezz tal-membri tagħha hi preżenti fl-attivitajiet varji ta’ appostolat fil-parroċċi, l-Azzjoni Kattolika tagħti għajnuna materjali bi mħabba lill-persuni u familji li jkunu f’xi bżonn partikolari permezz tas-Segretarjat Assistenza Soċjali. Dan is-Segretarjat jagħti servizz ta’ ħarġiet għall-anzjani b’minibus u hu għad-dispożizzjoni tal-parroċċi kollha.

Indirizz:                               L-Istitut Kattoliku, il-Furjana
Telefown:                            +356 21222239
Email:                                  [email protected]
Websajt:                              www.akmalta.org

President Ġenerali: Marija Cachia
Viċi President Ġenerali: Mary Anne Muscat
Assistent Ekkleżjastiku: Mons. Frans Abdilla
Segretarja Ġenerali: Mikela Zammit
Amministratur Ġenerali: Alfred Falzon
President Fergħa Adulti: Marie Seguna
President ŻAK (Żgħażagħ Azzjoni Kattolika): Michela Baldacchino
Assistent Ekkleżjastiku ŻAK: Dun Reuben Gauci
Koordinatur Segretarjat Assistenza Soċjali: Godwin Saliba
Editur Il-Leħen: Pio Dalli