F’ dan ix-xahar ta’ Settembru l-Provinċja Franġiskana ta’ S. Pawl Appostlu għexet tlett mumenti tassew sbieħ.
Nhar is-6 ta’ Settembru fil-knisja ta’ S. Franġisk, il-Ħamrun, Fra Aaron Abdilla O.F.M. għamel il-Professjoni Temporanja, wara li temm in-novizzjat ġewwa Assisi. Fra Aaron issa se jibda l-istudji tiegħu ġewwa l-Pontifiċia Universita Antonianum ta’ Ruma. Fl-istess waqt, Andrea Diacono, Clive Camilleri u Ramon Farrugia ħadu l-libsa franġiskana. L-għada telqu lejn Assisi, fejn taw bidu għan-novizzjat tagħhom fis-santwarju ta’ S. Damjan.
Nhar il-21 ta’ Settembru fil-Knisja S. Marija tal-Anġli, Baħar iċ-ċagħaq, Fra Joseph Ciappara O.F.M. u Fra Walter Vassallo O.F.M. għamlu l-Professjoni Solenni fi ħdan l-Ordni Franġiskan. Bħalissa huma qed jgħamlu l-istudji tagħhom ġewwa l-Universita ta’ Malta.
Nhar id-29 ta’ Settembru fil-Knisja S. Marija ta’ Gesu , Belt Valletta, waqt Quddiesa Konċelebrata, Gerald Xuereb mill-Ħamrun se jagħti bidu għaż-żmien tal-Postulandat. Il-formazzjoni tiegħu, flimkien maż-żew[ studenti l-oħra, se joħodha fil-fraternita ta’ S. Marija ta’ Gesu, ir-Rabat.