-
-
****
Direttur: Dan Gilroy
Atturi: Jake Gyllenhaal, Rene Russo, Riz Ahmed, Bill Paxton , Ann Cusack, Kevin Rahm, Kathleen York, Eric Lange u Jonny Coyne
Ħin tal-Film: 117 min
Klassifika taċ-Ċensura: 15
Klassifika tal-Knisja: 18
Lou Bloom wara li jinqabad jisraq minn għassies, jattakkah u jisraqlu l-arloġġ. Lou jipprova jbiegħ il-materjal li kien seraq u jitlob li jiġi ngaġġat għax-xogħol iżda jiġi rifjutat. Lou ma kienx bniedem li jaqta’ qalbu. Wara li jara klip ta’ filmat miġbud minn krew deletant, jixtri kamrekorder mill-flus li daħħal minn rota u jibda jiġbed inċidenti li jkunu ġraw fl-inħawi. Lou jbiegħhom lill-istazjon televiżiv lokali. Nina, id-direttur tal-programm ta’ filgħodu, tintebaħ bil-kwalitajiet u l-ħila li kellhu Lou u li kien hemm possibbilta` tajba li jkun jista’ jipprovdi lill-istazzjon klips tajbin li jiġbdu iktar spettaturi li jaraw it-televiżjoni filgħodu. Nina kienet lesta li tħallas flus tajba għal xi inċident li jkun ġara u li tkun l-ewwel waħda li titrassmetti l-inċident. Ix-xogħol beda jiżdied għal Lou u għalhekk jqabbad miegħu assisstent, Rick, biex igħinu jirrikordja miegħu l-inċidenti li jiltaqgħu magħhom. Lou biex jkun jista’ jati l-aħjar prodott kien anke lest li xi kultant iċċaqlaq l-vittmi mill-post fejn ikun ġara l-inċident. Flus bdew deħlin u għalhekk u jinvesti f’apparat iktar suffistikat barra karozza iktar veloċi biex b’hekk ikun fil-post qabel kulħadd. Lou ikollu offerta minn wieħed li kien jagħmel l-istess xogħol, iżda kien f’qagħda li jirrifjutah. X’jiġri meta hu u sieħbu jiġbdu filmat ta’ serqa minn dar b’konsegwenzi li dawk li kienu joqogħdu fid-dar sfaw maqtula, bil-ħallellin jaħarbu minn fuq il-post. Lou iżda kien fil-ħin biex jiffilmja l-ħarba tagħhom. Meta l-filmat ikun imxxandar fuq it-televiżjoni, il-pulizija trid tkun taf min kien li pprovda l-filmat. Lou ikollu jati lill-pulizija l-filmat iżda iżda mhux qabel ma l-filmat ikun editjat. X’konsegwenzi sejjer ikollu dan l-inċident fuq Lou u sieħbu?Film Amerikan, triler, taħt id-direzzjoni u l-kitba ta’ Dan Gilroy, illaqqgħana ma’ Lou Bloom li rrnexxielu permezz ta’ ġbid ta’ filmati ta’ incidenti gravi, isir sinjur hekk kif isib suq tajjeb għalihom għal fuq it-televiżjoni. Minħabba t-tema amorali u l-fatt li l-film hu mimli vjolenza kif ukoll kliem goff, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tmintax –il sena.