• ****

    Direttur: Olivier Megaton
    Atturi: Liam Neeson, Forest Whitaker, Fumke Janssen, Maggie Grace, Dougray Scott, Sam Spruell u Leland Orser
    Ħin tal-Film: 108 min
     
    Klassfika taċ-Ċensura: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 12
     
    Bryan Mills, għamel żmien jaħdem bħala aġent  sigriet għall-gvern Amerikan. Illum jinsab irtirat u qiegħed jagħmel ħiltu biex jirrikonċilja ma’ Leonore, martu, li fi żwieġ tagħhom kellhom lil Kim,  illum żagħżugħa u tinsab tgħix ma’ ommha. Jum wieħed ikollhu żjara, xejn mistennija minn Stuart St. John, ir-raġel li martu iżżewwġet wara li ddivorzjat. Stuart talbu biex ma jkomplix jara iktar lil Leonore. Ftit jiem wara din iż-żjara,  Leonore, tinqatel brutalment. Bryan jiġi ffremjat għal dan id-delitt għaliex id-delitt seħħ fil-kamra tas-sodda tiegħu stess. Mgħaddab bi kbir għal qtil ta’ martu barra wkoll li l-pulizija bdew jiġru warajh, Bryan jirnexxielhu jaħrabilhom b’sensiela ta’  azzjonjiet inkredibli.  Biex tkompli titħawwad il- qagħda għal Bryan, isir jaf li t-tifla tiegħu,  ħarġet tqila. Bryan jagħmel użu mill-ħila li dejjem wera fil-passat, bi ġrajjiet li jħalluk bla nifs. Meta Bryan jintebaħ li anke t-tifla tiegħu kienet tinsab fil-periklu, jagħmel ħiltu biex isib min tassew kien wara dan id-delitt. Kif sejjer jaġġixxi Bryan meta kollox kien sejjer kontra tiegħu għalkemm sab għajnuna kbira minn xi ħbieb, li fl-antik kienu għenuh fil-missjoni tiegħu?  Bryan issa mhux biss kellu jieħu ħsieb lilu nnifsu u hekk inaddaf ismu, iżda fuq kollox jieħu ħsieb li t-tifla tiegħu ma jiġrilha xejn. Deher ċar li wara l-komplott li ġie imdaħħal fih, kien hemm organizzazzjoni ta’ nies brutali u li kienu lesti jagħmlu kollox. X’sehem kellu r-raġel li martu Leonore kienet iżżewwġet wara li telqithu?  Tgħid f’din il-missjoni li deħret impossibli għal Bryan, ikun hemm xi soluzzjoni u jinstab min kien wara d-delitt u x’kienet ir-raġuni għal dan id-delitt faħxi? 

    Film mimli azzjoni taħt id-direzzjoni ta’ Oliver Megaton, kitba ta’ Luc Besson, it-tielet u l- aħħar minn sensiela ta’ films bl-isem : TAKEN. Bryan Mills, il-protagonista tal-film, jiġi akkużat li qatel lill-martu Leonore. Kien frame-up. Bryan joħrog il-ħila kollha tiegħu biex jnaddaf ismu minn dan id-delitt. Minħabba l-vjolenza u xeni ta’ tensjoni jkun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax –il sena.