• Noah

  • ****

    Direttur:          Jason Reitman
    Atturi:             Kate Winslet, Josh Brolin, Gattlin Griffith, Tobey Maguire, Clark  Gregg, Brooke Smith u James Van Der Beek
    Ħin tal-film:    111 min.
    Maħruġ minn KRS Film Distributors
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12A
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      12
     
    Il-film “Noah” fil-bidu jibda r-rakkont hekk kif insibuh fil-Bibbja iżda eventwalment jibdel id-direzzjoni fi drama bla ebda rabta ma’ dik tal-Bibbja f’waħda ta’ tilwima familjari. Noah jidher li l-messaġġ li tah Alla biex ikun hu li jsalva l-umanita` minn qerda għal kollox, fehemha ħażin u nterpreta li anke l-familja tiegħu fl-aħħar, għalkemm isalvaw mid-duluvju,  kienu sejrin jintemmu bħal ma ntemm kulħadd minħabba li ma kienx sejjer ikun hemm tnissil ġdid minn uliedu, Shem, Ham u Japheth. Anke hawn, il-film imur kontra dak li nsibu fil-ktieb tal-Ġenesi,  fejn insibu li t-tliet uliedu daħlu fl-arka akkompanjati minn nisa tagħhom.  Id-dixxendenti ta’ Kain,  kienu ħżienu tassew u ftit kienu dawk li baqgħu fidili lejn Alla fosthom Noah u l-familja tiegħu. Il-ħżiena kienu taħt it-tmexxija ta’ “Re” Tubal-Cain li kien skopra l-użu tal-metall. Referenza li nsibu għal Tubal-Cain hi fil-Ktieb tal-Ġenesi, Kap. 4, Vers 22. Skont tradizzjoni qawwija dan kien kapaċi jaħdem armi biex jagħmilha iktar faċli li joqtol l-għedewwa tiegħu. Iżda l-iktar eżerċizzju  dubjuż fil-film, hu l-ħolqien ta’ kreaturi ġganteski “The Watchers”. L-istorja ta’ dawn il-kreaturi  tmur lura għal Nehhilim, msemmija fil-Ġenesi,  fejn jiddiskrivihom bħala anġli li ħaduha kontra Alla u  li volontarjament waqgħu mis-sema biex igħinu l-ewwel bnedmin. Noah jiġi mnebbah permezz ta’ ħolma ta’ dak li kellu jiġri u li hu kellu jibni arka kbira biex fiha jidħlu hu u l-familja tiegħu u l-annimali kollha ta’ kull ġens. Biex jibni din l-arka,  Noah isib l-għajnuna ta’ The Watchers. X’jiġri hekk kif iż-żmien jasal biex jibda d-duluvju u hawn tfaqqa’ tilwima bejn Noah u t-tifel tiegħu Japheth? Kif irrnexxielu Tubal-Cain isib ruħhu fl-arka u  kien lest li jgħin lil Japheth biex jivvendika minn missieru Noah?

    Film maħdum b’sengħa kbira u  li jzommok fuq ix-xwiek għal ħin twil. Ix-xeni tad-duluvju huma tassew spettakulari u realistiċi, maħdumin b’sengħa kbira. Minabba xi xeni ta’ vjolenza kif ukoll l-istorja kif ġiet interpretata, tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax –il sena.