Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann ħabbret li l-wirja tal-Arazzi ‘A Gift of Glory’ ġiet estiża sas-Sibt l-1 ta’ Lulju 2023. Il-Ħinijiet tal-Ftuħ huma mit-Tnejn sas-Sibt bejn id-9:00 hrs u l-16:45 hrs (l-aħħar dħul fl-16:15 hrs).
Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann ħabbret Open Day biex il-viżitaturi jkunu jistgħu jesperjenzaw is-sbuħija tas-Sett tal-Arazzi wara proċess estensiv ta’ restawr li dam għaddej 16-il sena. Din il-wirja se tipprovdi opportunità esklussiva għall-pubbliku biex jara u jesperjenza parti integrali mill-wirt kulturali u storiku ta’ Malta għal aktar minn tlett sekli. Il-viżitaturi jistgħu jesploraw l-intier imsebbaħ tal-Konkatidral fi gruppi gwidati dwar l-Arazzi, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.
Is-sett ta’ Arazzi ġew ikkummissjonati mill-Gran Mastru tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, Fra Ramon Perellos y Roccafull, bejn l-1697 u l-1702. Dawn l-arazzi juru episodji mill-Ħajja ta’ Kristu u t-Trijonf tal-Knisja Kattolika. Is-sett beda jittieħed il-Belġju fl-2006 u ġew irrestawrati mir-Royal Manufacturers De Wit Laboratories, il-Belġju fejn il-proġett ġie ffinalizzat fl-2022. Dan is-sett ta’ Arazzi huwa l-ikbar sett komplut fid-dinja b’kobor ta’ 730 metru kwadru, u b’tul ta’ 120 metru.
Għal aktar informazzjoni żur www.stjohnscocathedral.com jew ibgħat fuq [email protected].