Nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Ottubru 2011, fis-sitta u nofs ta’ filgħaxija, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. mexxa konċelebrazzjoni solenni fil-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun, li fiha ġew ordnati Djakni tmien żgħażagħ. Dawn is-seminaristi huma Dillon Bugeja miż-Żurrieq, Robin Camilleri minn Ħal Luqa, Roderick Camilleri minn Ħaż-Żabbar, Mario Dimech mis-Siġġiewi, Anthony Paul Fitzpatrick minn Gwardamangia, George Schembri minn Ħal Qormi (S. Ġorġ), Michael Zammit minn B’Kara (S. Elena) u Fra Walter Vassallo mill-Ordni tal-Franġiskani Minuri.
AGĦFAS HAWN biex taqra l-omelija tal-Arċisqof matul din l-okkażjoni.
Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinkisbu mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]