Loop.mt bdiet tieħu l-ordnijiet għall-boroż tradizzjonali ta’ San Martin.
Waħda mit-tradizzjonijiet marbutin mal-festa ta’ dan il-qaddis hija bla dubju l-borża ta’ San Martin. Tradizzjonalment, kienet tkun borża taċ-ċarruta mimlija bi frott differenti u bi ħbejża ħelwa. Maż-żmien beda jiżdied ukoll il-ħelu.
Filwaqt li l-festa liturġika ta’ San Martin hija nhar il-11 ta’ Settembru, fiż-żona tal-Baħrija din il-festa se tiġi ċċelebrata nhar l-10 ta’ Novembru 2024, fejn issir il-fiera annwali b’bosta attivitajiet tradizzjonali.
B’differenza mill-bejgħ tal-boroż li nsibu f’Malta u f’Għawdex, il-flus li jinġabru mill-bejgħ tal-boroż ta’ San Martin, se jmorru b’risq il-Kċina ta’ Marta. Din il-kċina li tinsab fis-Seminarju tal-Arċisqof tipprepara madwar 1,400 ikla fil-ġimgħa biex jitwasslu għand familji li jbatu minn dawn in-nuqqasijiet bażiċi minħabba raġuni jew oħra.
Għaldaqstant, kull ordni tal-borża ta’ San Martin se tkun qed tikkontribwixxi għal min jinsab bil-ġuħ jew jinsab f’diffikultà biex ikollu x’jiekol; simili għall-mod kif San Martin ta l-mantell tiegħu lil wieħed il-fqir li kien qed iterter bil-bard.
Ordna l-borża tiegħek hawnhekk jew billi tibgħat messaġġ fuq 79795254 jew email fuq [email protected].
Sors: Newsbook Malta