-
Fil-messaġġ li għamel l-Arċisqof Charles J. Scicluna waqt il-kampanja ‘Milied Flimkien’, huwa qal li fiż-żmien il-Milied għandna “nagħmlu ħilitna biex nevitaw kliem ta’ mibgħeda fuq xulxin”. Il-kliem tagħna kultant jikkuntrasta bil-qawwi ma’ dak li anġli ħabbru – “paċi fl-art lil bnedmin ta’ rieda tajba” (Lq 2, 14). Qal li kliem tagħna għandna nqisuh tajjeb, u li dan ir-rażan inkompluh anke matul is-sena. B’hekk biss issaltan il-paċi, meta n-nies b’rieda tajba jagħmlu t-tajjeb, flok id-deni.
“Nagħmlu ħilitna biex aħna fiċ-ċokon tagħna, kulħadd mill-qalb tiegħu, fid-dar tiegħu, fuq il-post tax-xogħol, fuq il-media, noħolqu kultura ta’ paċi u nevitaw il-mibgħeda.”
Nawguraw Milied Qaddis u Sena ġdida mimlija risq.